Servizz ta' traduzzjoni fuq talba

.

Aqra dan bil-lingwa:
bg - cs - da  - el - et - fi - ga - hu - lt - lv - mt - nl - pt - ro - sk - sl - sv

Sibt riżorsi għat-tagħlim interessanti fil-Materjal għat-tagħlim Scientix? Jekk mhux fil-lingwa li tippreferi, inti tista’ titlob traduzzjoni permezz tas-‘servizz ta’ traduzzjoni fuq talba’. Dan is-servizz huwa bla ħlas u disponibbli biss permezz tal-websajt tas-Scientix.


Kif jaħdem?
Jekk materjal għat-tagħlim huwa eliġibbli għas-servizz, f’tarf il-paġna tara “Itlob traduzzjoni” mal-materjal għat-tagħlim speċifiku. (Jekk materjal għat-tagħlim ikunx disponibbli għal traduzzjoni jiddependi fuq il-kundizzjonijiet ta’ copyright li bihom jitqassam il-materjal. Biex materjal għat-tagħlim ikun eliġibbli għas-servizz ta’ traduzzjoni fuq talba, il-liċenzja trid tippermetti modifiki u xogħlijiet derivati. Aktar dettalji jinsabu fuq: http://creativecommons.org/licenses)

Utent jitlob traduzzjoni billi jagħżel il-lingwa li jixtieq li jiġi tradott għaliha l-materjal speċifiku. Dan isir billi tikklikkja fuq il-kodiċi tal-lingwa taħt il-linja “Itlob traduzzjoni” fuq il-paġna tad-deskrizzjoni tal-materjal.

request translation

Titla' tieqa li turi jekk utenti oħrajn diġà talbux li l-istess materjal jiġi tradott għall-istess lingwa.

Jekk ma jkunx hemm talba għal traduzzjoni għal dan il-materjal speċifiku fil-kombinazzjoni tal-lingwi mixtieqa, messaġġ awtomatiku jikkonferma t-talba.

request confirmation

Meta materjal għat-tagħlim jilħaq tliet talbiet għal lingwa, it-tim ta’ Scientix jiċċekkja t-talbiet, u jekk dawn jiġu aċċettati, il-materjal jiġi tradott. Ir-riżorsi li jiġu aċċettati għat-traduzzjoni jiġu ppubblikati fuq il-portal tas-Scientix minn ġimgħa sa xahrejn wara, skont it-tul tar-riżorsa. Min jagħmel it-talba jiġi infurmat b’ittra elettroniku ladarba r-riżorsi tradotti jiġu ppubblikati.

Lingwi
It-traduzzjonijiet huma disponibbli fit-23 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ingliż en
Bulgaru bg
Ċek cs
Daniż da
Ġermaniż de
Grieg el

Spanjol es
Estonjan et
Finlandiż fi
Franċiż fr
Irlandiż ga
Ungeriż hu

Taljan it
Litwan lt
Latvjan lv
Malti mt
Olandiż nl
Pollakk pl

Portugiż pt
Rumen ro
Slovakk sk
Sloven sl
Żvediż sv

Kriterji
Jiġu pproċessati biss it-talbiet li jissodisfaw dawn il-kriterji li ġejjin:
•    L-utent li jitlob traduzzjoni jrid ikun irreġistrat fuq il-websajt tas-Scientix.
•    L-utent li jitlob traduzzjoni jrid ikun għalliem u/jew il-materjal jintuża biss għal għanijiet edukattivi.
•    L-istess traduzzjoni tintalab minn bosta utenti differenti.

Tingħata prijorità lil
•    temi li għadhom mhux tradotti qabel temi li diġà għandhom ħafna materjal f’bosta lingwi;
•    lingwi li għandhom inqas materjal disponibbli qabel lingwi li għandhom ħafna materjal disponibbli;
•    materjal li fih it-tikketta ta’ kriterji ta’ Kwalità mogħtija mill-kumitat tal-għalliema Scientix.

X’qed tistenna?

Upload resources

 

Status of the requests

How can you allow translations of your own resources?

Guide for owners of resources

Please note that to enable Translation on Demand of resources, only editable files can be uploaded of maximum 20 Megabytes (Mb) in volume. Please contact us if you have problems uploading editable files at scientix (at) eun.org

 

View this page in your language

bgcsda

etelfi

gahult

lvmtpt

skslsv